Skip to main content
Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi
Dokumenti Relatati - It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)
-
1 - Dok. 1 - Email datata 18 ta’ Awwissu 2017 mibgħuta mill-Onor. Godfrey Farrugia u mill-Onor. Marlene Farrugia fejn fiha talbu li l-Kumitat ipoġġi fuq l-aġenda item dwar żamma mal-kundizzjonijiet tal-kuntratt li bih għaddiet l-art tal-poplu fi Smart City u tibdil ieħor fil-Pjan Lokali li ffavorixxa valur miżjud. (Laqgħa 1 - 25.09.17)
-
2 - Dok. 2 – Email datata 12 ta’ Ottubru 2017 mibgħuta min-National Audit Office b’informazzjoni mitluba f’laqgħa nru. 2 mill-Onor. Robert Abela u mill-Onor. Claudio Grech. (Laqgħa 3 - 17.10.17)
-
3 - Dok. 3 – Informazzjoni mitluba f’Laqgħa Nru. 2 mill-Onor. Robert Abela, mibgħuta mill-Awtorità tal-Artijiet, li tirrigwarda l-files in konnessjoni mal-proprjetà 83 Spinola Road, St. Julian’s. (Laqgħa 4 - 24.10.17)
-
5 - Dok. 5 – Kopja ta’ “Notification of changes among directors or company secretary or in the representation of a company”, ippreżentata mis-Sur Ernest Grech, datata 6 ta’ Awwissu 2009 li turi li l-istess Ernest Grech kien qiegħed jirriżenja mill-Bord ta’ E.G. Property Holdings Ltd. (Laqgħa 8 - 21.11.17)
-
6 - Dok. 6 – Kopja ta’ “Notice of Transfer of Transmission of Shares”, ippreżentata mis-Sur Ernest Grech, datata 15 ta’ Settembru 2008 li turi trasferiment ta’ ishma ta’ E. G. Property Holdings Ltd. (Laqgħa 8 - 21.11.17)
-
7 - Dok. 7 – Ittra datata 11 ta’ Awwissu 2010 mibgħuta lill-Kummissarju tal-Art mill-Avukat Peter Fenech għan-nom ta’ Eighty Two Company Ltd. ippreżentata mis-Sur Albert Mamo (Laqgħa 9 - 28.11.17)
-
8 - Dok. 8 – Ittra uffiċjali datata 3 ta’ Frar 2003 mibgħuta lid-Direttur tal-Artijiet u ffirmata mill-Avukat Aldo Vella, ippreżentata mis-Sur Albert Mamo. (Laqgħa 9 - 28.11.17)
-
9 - Dok. 9 – Żewġ ittri mibgħutin mill-Avukat Ġenerali, Anthony Borg Barthet, lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern u lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, datati 28 ta’ Lulju 2003 u 3 ta’ Settembru 2003 rispettivament, ippreżentati mis-Sur Albert Mamo. (Laqgħa 9 - 28.11.17)
-
10 - Dok. 10 – L-Awditu tal-EU fil-qosor għas-sena 2016. (Laqgħa 10 - 19.12.17)
-
11 - Dok. 11 – Kopja tal-powerpoint presentation tas-Sur Leo Brincat. (Laqgħa 10 - 19.12.17)
-
12 - Dok. 12 – Ir-rapport tar-research analyst fuq ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 2016. (Laqgħa 10 - 19.12.17)
-
13 - Dok. 13 – Kopja ta’ ittra datata 8 ta’ Jannar 2018 mibgħuta lill-Awditur Ġenerali, u kkuppjata lill-iSpeaker, mill-Onor. Beppe Fenech Adami, l-Onor. Kristy Debono u l-Onor. Claudio Grech dwar “Trasferiment Irregolari tat-Tmexxija ta’ Sptarijiet Pubbliċi”. (Laqgħa 11 - 09.01.18)
-
14 - Dok. 14 - Kopja tar-rapport “Westminster Worshop and 1st CAPAC Conference; 4-7 December 2017 - London” ippreżentata mill-Onor. Beppe Fenech Adami, Chairman tal-Kumitat. (Laqgħa 11 - 09.01.18)
-
15 - Dok. 15 – Kopja ta’ tliet ċekkijiet li rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet bħala full and final settlement għall-proprjetà fi Triq Spinola, San Ġiljan, ippreżentata mis-Sur Carlo Mifsud, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet. (Laqgħa 11 - 09.01.18)
-
16 - Dok. 16 – Stqarrija ppreżentata mill-Onor. Jason Azzopardi. (Laqgħa 11 - 09.01.18)
-
17 - Dok. 17 – Ittra datata 16 ta’ Jannar 2018 mibgħuta liċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor. Beppe Fenech Adami, mill-Awditur Ġenerali, li fiha ġew elenkati t-termini ta’ riferenza għall-investigazzjoni li ġie mitlub jagħmel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar aspetti ta’ tliet sptarijiet mogħtija mill-Gvern lil Vitals Global Healthcare. (Laqgħa 12 - 16.01.18)
-
18 - Dok. 18 – Kopja ta’ memorandum imħejji mis-Sur Iman Schembri meta kien Direttur Ġenerali tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, intitolat “Disposal of Government Land and ex Church Property”, liema memorandum kien indirizzat lill-Ministru tal-Finanzi u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, u lis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi u kkuppjat lis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u Investiment, ippreżentat mis-Sur Iman Schembri. (Laqgħa 13 - 17.01.18)
-
19 - Dok. 19 – Talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta’ ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017. (Laqgħa 14 - 30.01.18)
-
21 - Dok. 21 – Informazzjoni ppreżentata mis-Sur Tonio Montebello, Kap Eżekuttiv ta’ Wasteserv, liema informazzjoni kienet mitluba mill-Kumitat fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 15 - 27.02.18)
-
22 - Dok. 22 – Kopji ta’ emails li ġew ippubblikati fil-ġurnal Malta Today tal-Ħadd 25 ta’ Frar, 2018, ippreżentati mill-Onor. Alex Muscat. (Laqgħa 15 - 27.02.18)
-
23 - Dok. 23 – Korrispondenza mibgħuta mis-Sur Carlo Mifsud, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet b’informazzjoni mitluba fil-laqgħat preċedenti mill-Onor. Julia Farrugia Portelli u mill-Onor. Claudio Grech. (Laqgħa 16 - 05.03.18)
-
24 - Dok. 24 – Artiklu miktub minn Claire Caruana li deher fuq The Times of Malta tas-27 ta’ Novembru 2017, ippreżentat mill-Onor. Jason Azzopardi. (Laqgħa 16 - 05.03.18)
-
25 - Dok. 25 – Email datata 13 ta’ Marzu 2018 mibgħuta mis-Sur Tonio Montebello, Kap Eżekuttiv ta’ Wasteserv, b’informazzjoni mitluba minnu mill-Kumitat f’Laqgħa Nru. 16. (Laqgħa 17 - 13.03.18)
-
26 - Dok. 26 – Kopja ta’ artiklu li deher f’The Times of Malta tal-10 t’Awwissu 2016, bit-titlu “Wasteserv denies resorting to bad practices to cut costs – Magħtab residents report worsening odours coming from the landfill”, ippreżentata mill-Onor. Jason Azzopardi. (Laqgħa 17 - 13.03.18)
-
27 - Dok. 27 – Kopja ta’ artiklu li deher fuq il-ġurnal The Malta Independent tas-27 t’April, 2018 bit-titlu “Minister Josè Herrera agrees to put Wasteserv employees on indefinite contract”, ippreżentata mill-Onor. Jason Azzopardi. (Laqgħa 17 - 13.03.18)
-
28 - Dok. 28 – Email datata 10 t’April 2018 mibgħuta lill-Membri tal-Kumitat mis-Sur Tonio Montebello, Kap Eżekuttiv ta’ Wasteserv, b’informazzjoni mitluba mingħandu fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 18 - 10.04.18)
-
29 - Dok. 29 – Kopja ta’ żewġ ritratti meħuda fl-aħħar ta’ Frar 2018 u li juru l-landfill taż-Żwejra ppreżentati mill-Onor. Jason Azzopardi. (Laqgħa 18 - 10.04.18)
-
30 - Dok. 30 – Email datata 23 t’April, 2018 mibgħuta mis-Sur Joseph Caruana, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, b’risposta għal diversi domandi li saru mill-Membri tal-Kumitat fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 20 - 24.04.18)
-
32 - Dok. 32 – Ittra datata 30 t’April, 2018 mibgħuta mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, b’informazzjoni mitluba minnu fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 21 - 16.05.18)
-
33 - Dok. 33 – Email datata 1 ta’ Mejju, 2018 mibgħuta mill-Onor. Godfrey Farrugia u l-Onor. Marlene Farrugia, b’talba sabiex il-Kumitat jinvestiga konċessjoni ta’ art pubblika lil Transport Malta. (Laqgħa 21 - 16.05.18)
-
34 - Dok. 34 – Email datata 1 ta’ Mejju, 2018 mibgħuta mill-Onor. Godfrey Farrugia u l-Onor. Marlene Farrugia, biex ifakkru lill-Kumitat fil-korrispondenza li kienu bagħtu fit-18 t’Awwissu 2017 (Dok. 1). (Laqgħa 21 - 16.05.18)
-
35 - Dok. 35 – Email datata 16 ta’ Mejju, 2018 mibgħuta mill-Onor. Godfrey Farrugia u l-Onor. Marlene Farrugia, b’żieda mal-email mibgħuta fl-1 ta’ Mejju (Dok. 34). (Laqgħa 21 - 16.05.18)
-
36 - Dok. 36 – Email datata 22 ta’ Mejju 2018 mibgħuta mis-Sur Pierre Vassallo, Chief of Staff fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, b’informazzjoni mitluba mingħandu fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 22 - 22.05.18)
-
37 - Dok. 37 - Ittra datata 28 ta’ Mejju, 2018 mibgħuta liċ-Chairman tal-Kumitat mill-Membri tan-naħa tal-Gvern fuq il-Kumitat fejn fiha qegħdin jitolbu sabiex il-Kumitat jisma’ x-xhieda u l-provi dwar ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali rigward il-bini tal-Isptar Mater Dei li ġie ppubblikat aktar kmieni f'Mejju. (Laqgħa 23 - 29.05.18)
-
38 - Dok. 38 – Kopja tar-Rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat “An Investigation of Property Transfers between 2006 and 2013: The Expropriation of the Property at Fekruna Bay, St. Paul’s Bay”. (Laqgħa 28 - 31.10.18)
-
39 - Dok. 39 – Lista ta’ xhieda għal-laqgħat dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-esproprjazzjoni tal-proprjetà f’Fekruna Bay, ippreżentata mill-Onor. Robert Abela. (Laqgħa 28 - 31.10.18)
-
40 - Dok. 40 - Kopja tal-preżentazzjoni imħejjija mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika dwar ir-rapport intitolat “An Investigation of Property Transfers between 2006 and 2013: The Expropriation of the Property at Fekruna Bay, St. Paul’s Bay”. (Laqgħa 28 - 31.10.18)
-
41 - Dok. 41 – L-Awditu tal-EU fil-qosor għas-sena 2017. (Laqgħa 29 - 6.11.18)
-
42 - Dok. 42 – Landscape review: Putting EU law into practice: The European Commission’s oversight responsibilities under Article 17 (1) of the Treaty on European Union. (Laqgħa 29 - 6.11.18)
-
43 - Dok. 43 – Email datata 15 ta’ Novembru 2018, mibgħuta mis-Sur James Piscopo, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, b’informazzjoni mitluba minnu mill-Kumitat. (Laqgħa 31 - 21.11.18)
-
44 - Dok. 44 – Email datata 15 ta’ Novembru 2018, mibgħuta mis-Sur Keith Mercieca, mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, b’informazzjoni mitluba minnu waqt Laqgħa Nru. 30. (Laqgħa 31 - 21.11.18).
-
49 - Dok. 49 – Stqarrija ppreżentata mill-Onor. Jason Azzopardi. (Laqgħa 35 - 23.01.19)
-
50 - Dok. 50 – Email datata 8 ta’ Frar 2019, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fejn fiha l-Awditur Ġenerali jagħti spjega ulterjuri dwar mistoqsija li kienet saret mill-Onor. Robert Abela f’Laqgħa Nru. 37. (Laqgħa 38 - 13.02.19)
-
51 - Dok. 51 – Korrispondenza datata 14 ta’ Frar 2019, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fejn fiha l-Awditur Ġenerali elenka t-terms of reference tal-investigazzjoni li se jagħmel rigward it-trasferiment tal-art f’San Ġiljan lil DB Group fis-sit tal-ex ITS wara talba li kienet saritlu mill-Oppożizzjoni fl-2017. (Laqgħa 39 - 20.02.19)
-
52 - Dok. 52 – Preżentazzjoni magħmula mill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, dwar ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2017. (Laqgħa 40 - 27.02.19)
-
54 - Dok. 54 – Email datata 28 ta’ Marzu mibgħuta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali b’informazzjoni li kien qed jikkwota minnha fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 43)
-
55 - Dok. 55 – L-ammonti invoiced mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Artijiet bejn is-snin 2014 u l-2018 għal kirjiet u ċnus. (Laqgħa 43 - 17.04.19)
-
56 - Dok. 56 – Dettalji dwar l-ammonti kkontestati li għandha l-Awtorità tal-Artijiet. (Laqgħa 43 - 17.04.19)
-
57 - Dok. 57 – Skeda tal-ammont invoiced kull sena bejn l-2014 u l-2018 mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Artijiet, imqabbel mal-outstanding amount less than one year, flimkien mal-persentaġġi relattivi. (Laqgħa 43 - 17.04.19)
-
58 - Dok. 58 – Statement of accounts, datat 9 t’April 2019, maħruġ mill-Awtorità tal-Artijiet lill-Air Malta Plc. (Laqgħa 43 - 17.04.19)
-
59 - Dok. 59 – Informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-eco-contribution minn meta daħlet fis-seħħ sal-aħħar ta’ Marzu 2019. (Laqgħa 43 - 17.04.19)
-
60 - Dok. 60 – Email datata 2 ta’ Mejju 2019, mibgħuta mis-Sur Mark Borg, Direttur Ġenerali (Budget Affairs) fil-Ministeru għall-Finanzi, b’informazzjoni mitluba f’Laqgħa Nru. 43. (Laqgħa 44 - 15.05.19)
-
61 - Dok. 61 – A Review of the Contract for Mount Carmel Hospital’s Clerical Services. (Laqgħa 44 - 15.05.19)
-
62 - Dok. 62 – Preżentazzjoni mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali dwar ir-rapport intitolat “A Review of the Contract for Mount Carmel Hospital’s Clerical Services”. (Laqgħa 44 - 15.05.19)
-
65 - Dok. 65 – Ittra datata 6 ta’ Ġunju 2019 mibgħuta mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali, dwar “Proposed briefing sessions for PAC by the NAO”. (Laqgħa 46 - 12.06.19)
-
66 - Dok. 66 – Email datata 26 ta’ Ġunju 2019, mibgħuta mis-Sur Stephen Sultana, Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Carmeli, b’risposta għal diversi mistoqsijiet li sarulu fil-Laqgħa Nru 47. (Laqgħa 48 - 26.06.19)
-
67 - Dok. 67 – EFSI “Juncker Plan” Report. (Laqgħa 49 - 08.07.19)
-
68 - Dok. 68 – Powerpoint presentation tas-Sur Leo Brincat intitolata “The European Fund for Strategic Investments (EFSI): Action needed to make EFSI a full success”. (Laqgħa 49 - 08.07.19)
-
69 - Dok. 69 – Press Release intitolata “EFSI’s effectiveness must be better substantiated, say EU Auditors” maħruġa mill-European Court of Auditors id-29 ta’ Jannar 2019. (Laqgħa 49 - 08.07.19)
-
70 - Dok. 70 – Email datata 3 ta’ Lulju 2019 mibgħuta mis-Sur Stephen Sultana, Kap Eżekuttiv ta’ Mount Carmel Hospital, b’informazzjoni mitluba minnu fil-Laqgħa Nru 48. (Laqgħa 50 - 23.10.19)
-
71 - Dok. 71 – Email datata 9 ta’ Lulju 2019 mibgħuta mis-Sinjura Doriette Debattista Fonk, Manager f’Mount Carmel Hospital, b’informazzjoni mitluba minnha fil-Laqgħa Nru 48. (Laqgħa 50 - 23.10.19)
-
72 - Dok. 72 – Ittra datata 19 ta’ Settembru 2019 mibgħuta mill-Onor. Adrian Delia, l-Onor. Mario de Marco u l-Onor. Kristy Debono b’talba għal investigazzjoni dwar rapporti li dehru fil-media rigward għoti ta’ flus biex jintemm qabel il-waqt kuntratt ta’ impjieg ta’ uffiċjali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. (Laqgħa 50 - 23.10.19)
-
73 - Dok. 73 – Rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat “Information Technology Audit - The Effective Use of Tablets in State, Church and Independent Primary Schools (October 2019)”. (Laqgħa 50 - 23.10.19)
-
74 - Dok. 74 – Preżentazzjoni mis-Sur Simon Camilleri, IT Audit Manager fl-Uffuċċju Nazzjonali tal-Verifika, dwar ir-rapport intitolat “Information Technology Audit - The Effective Use of Tablets in State, Church and Independent Primary Schools (October 2019)”. (Laqgħa 50 - 23.10.19)
-
75 - Dok. 75 – Ittra datata 26 ta’ Settembru 2019 mibgħuta mill-Kap tal-Oppożizzjoni, mill-Onor. Karol Aquilina u mill-Onor. Clyde Puli b’talba sabiex il-Kumitat jifli l-każ tal-intervisti li dehru fuq l-istazzjon televiżiv Franċiż M6 dwar investigazzjoni li twettqet f’Malta minn ġurnalist tagħhom rigward il-bejgħ taċ-ċittadinanza. (Laqgħa 51 - 30.10.19)
-
76 - Dok. 76 – Rapport Speċjali Nru 24 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “L-asil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn ta’ migranti: Wasal iż-żmien li tingħata spinta biex jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn l-objettivi u r-riżultati”. (Laqgħa 53) - 19.11.19
-
77 - Dok. 77 – Rapport tal-Attività għall-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. (Laqgħa 53 - 19.11.19)
-
78 - Dok. 78 – Awditu tal-Unjoni Ewropea fil-qosor għas-sena 2018. (Laqgħa 53 - 19.11.19)
-
79 - Dok. 79 – Artiklu intitolat “Reaching Out: Annual joint NAO/ECA seminar in Malta”. (Laqgħa 53 - 19.11.19)
-
80 - Dok. 80 – Ittra datata 28 ta’ Jannar 2020 mibgħuta lill-Onor. Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, mill-Kap tal-Oppożizjoni u mill-Onor. Robert Arrigo. (Laqgħa 54 - 05.02.20)
-
80 - Dok. 80 – Ittra datata 28 ta’ Jannar 2020 mibgħuta lill-Onor. Beppe Fenech Adami, President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, mill-Kap tal-Oppożizjoni u mill-Onor. Robert Arrigo. (Laqgħa 54 - 05.02.20)
-
81 - Dok. 81 - Malta Tourism Authority Financial Estimates for the year ending 31st December, 2018. (Laqgħa 55 - 12.02.20)
-
82 - Dok. 82 - Malta Tourism Authority Financial Estimates for the year ending 31st December, 2019. (Laqgħa 55 - 12.02.20)
-
83 - Dok. 83 – Malta Tourism Authority Annual Report and Financial Statements 31st December 2018. (Laqgħa 55 - 12.02.20)
-
84 - Dok. 84 – Lista tar-rotot li kellha l-Malta International Airport fix-xhur tas-sajf tal-2018 u l-2019. (Laqgħa 56 - 18.02.20)
-
85 - Dok. 85 - Lista tar-rotot li kellha l-Malta International Airport fix-xhur tax-xitwa tal-2018 u l-2019. (Laqgħa 56 - 18.02.20)
-
86 - Dok. 86 – Lista li tinkludi l-ammonti li ħallset l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018 għal servizzi ta’ konsulenza. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
87 - Dok. 87 – Lista li tinkludi l-ammonti li ħallset l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2017 għal events u sponsorships. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
88 - Dok. 88 – Lista li tinkludi l-ammonti li ħallset l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018 għal events u sponsorships. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
89 - Dok. 89 – Lista li tinkludi l-ammonti li ħallset l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018 f’kera. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
90 - Dok. 90 – Memorandum of Understanding, datat l-1 ta' Jannar 2016, bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
91 - Dok. 91 – Kopja ta’ kuntratt datat 13 t’Awwissu 2010 bejn Paulmid Developments Ltd. u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
92 - Dok. 92 – Kopja ta’ kuntratt datat 10 ta’ Settembru 2015 bejn Instant Office Tiempo u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
93 - Dok. 93 – Kopja ta’ kuntratt datat 1 ta’ Jannar 2017 bejn Multiple Estates Ltd. u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
94 - Dok. 94 – Kopja ta’ kuntratt datat 4 t’Ottubru 2017 bejn Malta International Airport plc. u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
95 - Dok. 95 – Kopja ta’ kuntratt datat 18 ta’ Diċembru 2017 bejn is-Sur Saviour Mousu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
96 - Dok. 96 – Kopja ta’ kuntratt datat 27 t’Ottubru 2016 bejn SmartCity (Malta) u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
97 - Dok. 97 – Kopja ta’ kuntratt datat 30 t’April 2018 bejn Point Pleasant Investments u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
98 - Dok. 98 – Kopja ta’ kuntratt datat 16 ta’ Jannar 2016 bejn VistaJet Limited u Malta Marketing Ltd. (Laqgħa 57 - 04.03.20)
-
99 - Dok. 99 – Email datata 11 ta’ Marzu 2020, mibgħuta mis-Sur Lionel Gerada, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa Nru 57. (Laqgħa 59 - 29.04.20)
-
100 - Dok. 100 – Email datata 24 t’April 2020, mibgħuta mis-Sur Bryan Azzopardi, li tinkludi parti mill-informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa Nru 58. (Laqgħa 59 - 29.04.20)
-
101 - Dok. 101 – Email mibgħuta mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, b’informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa Nru 58. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
102 - Dok. 102 – Informazzjoni mibgħuta mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolata “2016 Malta exposure in overseas media”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
103 - Dok. 103 – Informazzjoni mibgħuta mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolata “2017 Malta exposure in VistaJet January-December press coverage”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
104 - Dok. 104 – Informazzjoni mibgħuta mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolata “2018 Malta full coverage”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
105 - Dok. 105 – Informazzjoni mibgħuta mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolata “VistaJet Fleet and Flight Growth 2016-2018”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
106 - Dok. 106 – Viżwal mibgħut mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Building the remainder of the fleet”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
107 - Dok. 107 – Viżwal mibgħut mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “The Trump Effect”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
108 - Dok. 108 – Viżwal mibgħut mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Thomas Flohr Interview on Cheddar TV”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
109 - Dok. 109 – Viżwal mibgħut mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Thomas Flohr on Bloomberg”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
110 - Dok. 110 – Viżwal mibgħut mis-Sur Bryan Azzopardi, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Thomas Flohr Bleu 12 July 2017”. (Laqgħa 60 - 06.05.20)
-
111 - Dok. 111 - Email datata 26 ta’ Mejju 2020 mibgħuta mis-Sur Paul Bugeja rigward informazzjoni mitluba mingħandu f’Laqgħa 62. (Laqgħa 63 - 27.05.20)
-
112 - Dok. 112 – Ittra datata 2 ta’ Ġunju 2020 mibgħuta mis-Sur Johann Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, rigward informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa 63. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
114 - Dok. 114 – Email datata 2 ta’ Ġunju 2020 mibgħuta mis-Sur Leslie Vella, flimkien ma’ diversi artikli u materjal promozzjonali dwar Malta li kienu ġew mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa 63.
(Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
115 - Dok. 115 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Malta Spring”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
116 - Dok. 116 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Valletta”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
117 - Dok. 117 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Comino”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
118 - Dok. 118 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Conventions Malta Branding”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
119 - Dok. 119 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “City Break Focus”. (Laqgħa 64 03.06.20)
-
120 - Dok. 120 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Young Adults”. (Laqgħa 64 03.06.20)
-
121 - Dok. 121 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Conventions Malta Destination”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
122 - Dok. 122 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Adventure Activities”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
123 - Dok. 123 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “General Malta Focus”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
124 - Dok. 124 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Gozo, Best of Alex Vimeo”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
125 - Dok. 125 – Viżwal mibgħut mis-Sur Leslie Vella, mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, intitolat “Final Logo”. (Laqgħa 64 - 03.06.20)
-
126 - Dok. 126 – Ittra datata 8 ta’ Ġunju 2020 mibgħuta mis-Sur Johann Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
127 - Dok. 127 – Kopja ta’ kuntratt datat 5 ta’ Marzu 2007 għall-kiri tal-proprjetà “The Lodge”, Imsida Valley Birkirkara. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
128 - Dok. 128 – Kopja ta’ kuntratt datat 18 ta’ Diċembru 2017 għall-kiri tal-proprjetà “The Lodge”, Imsida Valley Birkirkara. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
129 - Dok. 129 – Lista ta’ sponsorships mogħtija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2017. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
130 - Dok. 130 – Lista ta’ sponsorships mogħtija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
131 - Dok. 131 – Lista ta’ talbiet għal sponsorships li ġew rifjutati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2017. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
132 - Dok. 132 – Lista ta’ talbiet għal sponsorships li ġew rifjutati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
133 - Dok. 133 – Ittra datata 9 ta’ Ġunju 2020 mibgħuta mill-Avukat GianLuca Caruana Curran u l-Avukat Charles Mercieca, konsulenti legali tas-Sur Lionel Gerada. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
134 - Dok. 134 – Kopja ta’ sentenza tal-Qorti Kriminali f’Malta, datata 20 ta’ Frar 2005, mogħtija mill-Maġistrat Giovanni Grixti. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
135 - Dok. 135 – Kopja ta’ sentenza tal-Qorti Kriminali f’Malta, datata 21 ta’ April 2006, mogħtija mill-Maġistrat Antonio Mizzi. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
136 - Dok. 136 – Kopja ta’ sentenza tal-Qorti Kriminali f’Malta, datata 21 Frar 2008, mogħtija mill-Imħallef Joseph Galea Debono. (Laqgħa 65 - 09.06.20)
-
137 - Dok. 137 - Email datata 15 ta’ Ġunju 2020 mibgħuta minn Film Grain Foundation rigward sponsorships li ngħataw mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018. (Laqgħa 66 - 17.06.20)
-
138 - Dok. 138 - Korrispondenza datata 16 ta’ Ġunju 2020, mibgħuta minn Dr Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, b’informazzjoni li kien mitlub jissottometti fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 66 - 17.06.20)
-
139 - Dok. 139 – Korrispondenza datata 30 ta’ Ġunju 2020, mibgħuta minn Dr Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, b’informazzjoni li kien mitlub jissottometti fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 67 - 01.07.20)
-
140 - Dok. 140 – Korrispondenza datata 30 ta’ Ġunju 2020, mibgħuta minn Dr Gavin Gulia, Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, b’korrezzjoni għal parti mix-xhieda li kien ta fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 67 - 01.07.20)
-
141 - Dok. 141 – Rapport intitolat “An Economic Impact Analysis of the Festival Tourism Niche in Malta; December 2019” imħejji minn E-Cubed Consultants, mibgħut mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq talba tal-Kumitat. (Laqgħa 67 - 01.07.10)
-
142 - Dok. 142 – Kopja tal-applikazzjoni għal Direttur, Conventions Malta, li ħarġet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2018. (Laqgħa 67 - 01.07.20)
-
143 - Dok. 143 – Kopja tal-ftehim li sar bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Malta Marketing Company Limited, u Viacom International Media Networks UK Limited, datat 21 ta’ Ġunju 2017. (Laqgħa 67 - 01.07.20)
-
144 - Dok. 144 – NAO Follow-up Report 2019. (Laqgħa 68 - 14.10.20)
-
145 - Dok. 145 - NAO Annual Report for 2015. (Laqgħa 68 - 14.10.20)
-
146 - Dok. 146 – Ittra datata 4 t’Awwissu 2010, mibgħuta mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, rigward proposta dwar a possible way forward għar-write offs ta’ uncollectable arrears of revenue. (Laqgħa 69 - 11.11.20)
-
147 - Dok. 147 – 2019 EU audit in brief: Introducing the 2019 annual reports of the European Court of Auditors. (Laqgħa 70 - 17.11.20)
-
148 - Dok. 148 – EU Migrant Return Policy – Cooperation with third countries on readmission. (Laqgħa 70 - 17.11.20)
-
149 - Dok. 149 – Frontex - Audit Preview: Information on an upcoming audit. (Laqgħa 70 - 17.11.20)
-
150 - Dok. 150 – Opinion 6/2020 – European Court of Auditors. (Laqgħa 70 - 17.11.20)
-
151 - Dok. 151 – Opinion 9/2020 - European Court of Auditors. (Laqgħa 70 - 17.11.20)
-
152 - Dok. 152 – 2019 Annual Activity Report of the European Court of Auditors. (Laqgħa 70 - 17.11.20)
-
153 - Dok. 153 – Preżentazzjoni mogħtija minn Dr. Jacqueline Vanhear. (Laqgħa 71 - 02.12.20)
-
154 - Dok. 154 - Rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat “An Investigation of Matters Relating to the Contracts Awarded to ElectroGas Malta Ltd. by Enemalta Corporation”. (Laqgħa 72 - 09.12.20)
-
154 - Dok. 154a – Abridged form tar-Rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat “An Investigation of Matters Relating to the Contracts Awarded to ElectroGas Malta Ltd. by Enemalta Corporation”. (Laqgħa 72 - 09.12.20)
-
155 - Dok. 155 – Lista tal-Kumitati kollha li ġew imwaqqfa fir-rigward tal-proġett ta’ ElectroGas. (Laqgħa 72 - 09.12.20)
-
156 - Dok. 156 – Email datata 11 ta’ Diċembru 2020, mibgħuta mill-Onor. Karol Aquilina, b’talba lill-Awditur Ġenerali sabiex jipprovdi lill-Kumitat kopja tal-kuntratti kollha li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika analizza bħala parti mill-investigazzjoni tiegħu li wasslet għar-rapport li qiegħed jiġi eżaminat mill-Kumitat, flimkien mar-risposta tal-Awditur Ġenerali għal din it-talba. (Laqgħa 73 - 13.01.21)
-
159 - Dok. 159 – Email datata 19 ta’ Jannar 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa Nru 73. (Laqgħa 74 - 21.01.21)
-
164 - Dok. 164 - Email datata 9 ta’ Frar 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa Nru. 75. (Laqgħa 79 - 03.03.21)
-
165 - Dok. 165 - An Analysis of NAO’s Salient Conclusions – PPA & GSA, mibgħut mis-Sur David Galea fuq talba tal-Kumitat. (Laqgħa 79 - 03.03.21)
-
166 - Dok. 166 - An Analysis of NAO’s Salient Conclusions – PPA & GSA, mibgħut mis-Sur David Galea fuq talba tal-Kumitat. (Laqgħa 79 - 03.03.21)
-
167 - Dok. 167 - Ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fis-Seduta 430 tat-22 ta’ Frar 2021 fuq talba tal-Kumitat dwar talbiet għal informazzjoni addizzjonali. (Laqgħa 79 - 03.03.21)
-
168 - Dok. 168 – Korrispondenza li għaddiet bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u James Caterers Limited rigward “The negotiated tender awarded by the St. Vincent de Paule Residence to the JCL and MHC Consortium in November 2017 for the management of four additional blocks”. (Laqgħa 79 - 03.03.21)
-
169 - Dok. 169 – Statement magħmul mis-Sur David Galea waqt Laqgħa Nru 79 tal-Kumitat. (Laqgħa 79 - 03.03.21)
-
170 - Dok. 170 - Ruling mogħti minn Mr Speaker fis-Seduta 436 tat-8 ta’ Marzu 2021 fejn fih kien deċiż li kien hemm prima facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ mir-rappreżentant ta’ James Caterers Ltd. (Laqgħa 80 - 10.03.21)
-
172 - Dok. 172 - Ittra datata 9 ta’ Marzu 2021, mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta, li tinkludi informazzjoni mitluba mill-Kumitat fil-laqgħa preċedenti. (Laqgħa 80 - 03.03.21)
-
173 - Dok. 173 – Emails datati 22 ta’ Marzu 2021, mibgħuta mis-Sur David Galea, li jinkludu informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa Nru 80. (Laqgħa 81 - 24.03.21)
-
174 - Dok. 174 – Email datata 24 ta’ Marzu 2021, mibgħuta mill-Awditur Ġenerali, fejn fiha ġew ribattuti diversi argumenti u sottomissjonijiet li għamel is-Sur David Galea f’rapport li hu kien ħejja fuq inkarigu ta’ Enemalta, liema rapport kien ġie ppreżentat ukoll lill-Kumitat. (Laqgħa 81 - 24.03.21)
-
175 - Dok. 175 – Kopja tal-aġenda u l-minuti tal-laqgħat, li saru b’mod virtwali, tal-Eżekuttiv tal-Commonwealth Association of Public Accounts Committee (CAPAC), li saret fit-3 ta’ Marzu 2021, u tal-Annual General Meeting tal-istess assoċjazzjoni, li saret fis-17 ta’ Marzu 2021, u li għalihom attenda ċ-Chairman tal-Kumitat. (Laqgħa 81 - 24.03.21)
-
176 - Dok. 176 – Ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fis-Seduta 441 tas-16 ta’ Marzu 2021 dwar x’mistoqsijiet huma permissibbli li jsiru lix-xhieda li jidhru quddiem il-Kumitat, fuq talba li kien għamel l-Onor. Glenn Bedingfield f’Seduta 440 tal-15 ta’ Marzu 2021. (Laqgħa 81 - 24.03.21)
-
177 - Dok. 177 – Ittra datata 15 t’April 2021, mibgħuta lill-Professur Ian Refalo, konsulent legali tal-Awditur Ġenerali, mingħand Dr. Stefano Filletti, għan-nom tas-Sur James Barbara. (Laqgħa 83 - 21.04.21)
-
178 - Dok. 178 – Ittra datata 16 t’April 2021, mibgħuta mingħand il-Professur Ian Refalo, konsulent legali tal-Awditur Ġenerali, lil Dr Stefano Filletti, għan-nom tas-Sur James Barbara. (Laqgħa 83 - 21.04.21)
-
179 - Dok. 179 – Ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fis-Seduta 449 tad-19 t’April 2021 dwar dwar talba ta’ ksur ta’ privileġġ imqajma miċ Chairperson tal Kumitat dwar il Kontijiet Pubbliċi. (Laqgħa 83 - 21.04.21)
-
180 - Dok. 180 – Ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fis-Seduta 449 tad-19 t’April 2021 dwar dwar jekk xhud imsejjaħ quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jista’ jagħżel li ma jixhedx. (Laqgħa 83 - 21.04.21)
-
181 - Dok. 181 - Email datata 27 ta’ April 2021, mibgħuta mis-Sur Brian Tonna, b’risposta għal dak li ġie mitlub mingħandu f’Laqgħa Nru 83. (Laqgħa 84 - 28.04.21)
-
182 - Dok. 182 – Kopja tal-bearer u share certificates ta’ Egrant Inc., ippreżentati mill-Onor. Karol Aquilina. (Laqgħa 84 - 28.04.21)
-
183 - Dok. 183 – Kopja ta’ żewġ rikorsi li saru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati mill-Avukat Stephen Tonna Lowell f’isem is-Sur Brian Tonna. (Laqgħa 85 - 05.05.21)
-
185 - Dok. 185 – Email datata 20 ta’ Mejju 2021, mibgħuta mis-Sur Brian Tonna, li tinkludi risposti mitluba mingħandu mill-Kumitat. (Laqgħa 87 - 26.05.21)
-
186 - Dok. 186 – Pendrive, ippreżentata mis-Sur Paul Apap Bologna, li fiha hemm kopja tas-sottomissjoni tal-Expression of Interest and Capabilities mill-konsorzju ElectroGas. (Laqgħa 87 - 26.05.21)
-
187 - Dok. 187 – Kopja tal-Memorandum and Articles of Association ta’ GEM Holdings Limited, ippreżentata mis-Sur Paul Apap Bologna. (Laqgħa 87 - 26.05.21)
-
188 - Dok. 188 – Numru ta’ “Form Ts” li bihom GEM Holdings innotifikat lir-Reġistru tal-Kumpaniji, ippreżentata mis-Sur Paul Apap Bologna, dwar it-tibdil fil-kumpanija. (Laqgħa 87 - 26.05.21)
-
189 - Dok. 189 – Korrispondenza mibgħuta mis-Sur Brian Tonna li tinkludi parti minn dokumentazzjoni mitluba mill-Kumitat. (Laqgħa 88 - 02.06.21)
-
190 - Dok. 190 – Covering letter datata 31 ta’ Mejju 2021, mibgħuta minn Dr Giannella de Marco, għan-nom tas-Sur Paul Apap Bologna, flimkien ma’ numru ta’ dokumenti mitluba mill-Kumitat. (Laqgħa 88 - 02.06.21)
-
191 - Dok. 191 – Rapport Speċjali tal-2021 intitolat “L-appoġġ li l-Frontex tagħti lill-ġestjoni tal-fruntieri esterni: Mhuwiex suffiċjentement effettiv sal-ġurnata tal-lum”. (Laqgħa 89 - 15.06.21)
-
192 - Dok. 192 - Email, datata 15 ta’ Ġunju 2021, mibgħuta mis-Sur Paul Apap Bologna, b’informazzjoni mitluba mill-Kumitat f’Laqgħa 88. (Laqgħa 90 - 16.06.21)
-
193 - Email datata 21 ta’ Ġunju 2021, mibgħuta liċ-Chairman tal-Kumitat mis-Sur Emanuel Ciantar, b’talba biex il-Kumitat jiddiskuti r-Rapport tal-Awditur Ġenerali intitolat “An Investigation of Allegations on Dingli Interpretation Centre”. (Laqgħa 91 - 23.06.21)
-
194 - Email datata 21 ta’ Ġunju 2021, mibgħuta mis-Sur Alejandro Sánchez Hernández għan-nom tas-Soċjetà Siemens, b’risposta għall-email mibgħuta mill-Kumitat lill-Bord tad-Diretturi ta’ ElectroGas Malta fis-17 ta’ Ġunju 2021. (Laqgħa 91 - 23.06.21)
-
195 - Email datata 22 ta’ Ġunju 2021, mibgħuta mis-Sur Paul Apap Bologna b’risposta għall-email mibgħuta lilu mill-Kumitat fis-17 ta’ Ġunju 2021. (Laqgħa 91 - 23.06.21)
-
196 - Korrispondenza mibgħuta lil GEM Holdings Limited b'talba għal dokumentazzjoni, flimkien mar-risposta tagħhom. (Laqgħa 92 - 06.10.21)
-
197 - Korrispondenza mibgħuta lil ElectoGas Malta Limited b'talba għal dokumentazzjoni, flimkien mar-risposta tagħhom. (Laqgħa 92 - 06.10.21)
-
198 - Email datata 6 ta' Ottubru 2021 mibgħuta mill-Onor. Konrad Mizzi. (Laqgħa 92 - 06.10.21)
-
199 - Dok. 199 – Email datata 12 ta’ Ottubru 2021, mibgħuta mis-Sur Mark Gasan, b’risposta għat-talba li saret mill-Kumitat lill-GEM Holdings Limited għall-preżentazzjoni ta’ diversi dokumenti. (Laqgħa 93 - 13.10.21)
-
200 - Dok. 200 – Ittra datata 12 ta’ Ottubru 2021, mibgħuta minn Alejandro Sanchez Hernandez, Rustam Shomurodov, u Raymond Fenech, it-tliet diretturi ta’ ElectroGas Malta, bi spjegazzjoni għat-talba li saritilhom mill-Kumitat biex jissottomettu dokumentazzjoni. (Laqgħa 93 - 13.10.21)
-
201 - Dok. 201 – Email datata 13 ta’ Ottubru 2021, mibgħuta mill-Onor. Konrad Mizzi, fejn fiha nforma lill-Kumitat li ma kienx se jattendi għal-laqgħa tal-Kumitat, kif kien ġie mitlub jagħmel. (Laqgħa 93 - 13.10.21)
-
203 - Dok. 203 – Email datata 20 ta’ Ottubru 2021 mibgħuta mill-Onor. Konrad Mizzi, fejn fiha nforma lill-Kumitat li ma setax jattendi l-laqgħa Nru 94, kif kien ġie mitlub jagħmel. (Laqgħa 94 0 20.10.21)
-
205 - Dok. 205 – Email datata 25 ta’ Ottubru 2021 mibgħuta mill-Onor. Konrad Mizzi, fejn fiha nforma lill-Kumitat li ma setax jattendi l-laqgħa Nru 95, kif kien ġie mitlub jagħmel. (Laqgħa 95 - 20.10.21)
-
206 - Dok. 206 – Powerpoint Presentation intitolata “Special Report No 17/2021: EU Readmission Cooperation with Third Countries: Relevant Actions Yielded Limited Results”. (Laqgħa 96 - 26.10.21)
-
207 - Dok. 207 – 2020 EU Audit in Brief – Introducing the 2020 Annual Reports of the European Court of Auditors. (Laqgħa 96 - 26.10.21)
-
208 - Dok. 208 – Special Report – EU Readmission Cooperation with Third Countries: Relevant Actions Yielded Limited Results. (Laqgħa 96 - 26.10.21)
-
209 - Dok. 209 – Email datata 27 ta’ Ottubru 2021 mibgħuta mill-Onor. Konrad Mizzi, fejn fiha nforma lill-Kumitat li huwa kien se jattendi għal-Laqgħa 97 tal-Kumitat kif kien ġie mitlub jagħmel. (Laqgħa 97 - 03.11.21)
-
210 - Dok. 210 – Email datata 29 ta’ Ottubru 2021 (li tinkludi ittra datata 28 ta’ Ottubru 2021) mibgħuta mis-Sur Raymond Fenech, għan-nom ta’ ElectroGas Malta Limited u GEM Holdings Limited, bi spjega dwar id-dokumenti mitluba mill-Kumitat. (Laqgħa 97 - 03.11.21)
-
211 - Dok. 211 – Email datata 6 ta’ Novembru 2021 mibgħuta mis-Sur Raymond Fenech għan-nom ta’ ElectroGas Malta Limited u GEM Holdings Limited, bi spjega dwar id-dokumenti mitluba mill-Kumitat. (Laqgħa 98 - 10.11.21)
-
213 - Dok. 213 – Email datata 17 ta’ Novembru, mibgħuta mill-Avukat Jean Paul Sammut u l-Avukat Carol Peralta, bħala l-assistenti legali tal-Onor. Konrad Mizzi, li fiha nfurmaw lill-Kumitat li l-klijent tagħhom kien iddaħħal l-isptar u għaldaqstant ma kienx f’pożizzjoni li jitla’ jixhed fil-Laqgħa 99 kif kien mitlub jagħmel. (Laqgħa 99 - 17.11.21)
-
214 - Dok. 214 – Email datata 22 ta’ Novembru, mibgħuta mill-Avukat Jean Paul Sammut u l-Avukat Carol Peralta, bħala l-assistenti legali tal-Onor. Konrad Mizzi, li fiha nfurmaw lill-Kumitat li l-klijent tagħhom kien għadu jinsab l-isptar u għaldaqstant ma kienx f’pożizzjoni li jitla’ jixhed fil-Laqgħa 100 kif kien ġie mitlub jagħmel. (Laqgħa 100 - 24.11.21)
-
216 - Dok. 216 - Ittra datata 26 ta’ Novembru 2021, mibgħuta mis-Sur Paul Apap Bologna, li tinkludi preżentazzjoni intitolata “Bringing Low Cost Electricity to Malta”. (Laqgħa 101 - 19.01.22)
-
217 - Dok. 217 – Informazzjoni ppreżentata lill-Kumitat mill-Onor. Konrad Mizzi fuq talba tal-Onor. Karol Aquilina f’Laqgħa Nru 101 (Laqgħa 102 - 26.01.22).
-
218 - Dok. 218 – Ruling mogħti mill-Ispeaker fis-Seduta 540 tas-27 ta’ Jannar 2022. (Laqgħa 104)